Mill-Garigori Ta' Mohhi


KELMTEJN QABEL

Din hi gabra ta' poeziji 'moderni' li dehru fis snin sebghinijiet fil-folju umoristiku IX-XEWKA taht xi psewdonomu. Hafna mill-hbieb tieghi li jieli bil-pacenzja kollha qaghdu jisimghuni naqrahhomlhom, hajruni biex nigborhom flimkien fi ktieb. F'dan il-ktejjeb se nzid ukoll xi poeziji li qatt ma gew ippubblikati. Ix-xoghol niddedikah lill-hbieb Maltin tieghi kollha specjalment dawk li japprezzaw ftit 'sense of humour'.

Louis (Gigi) Zammit,
San Pawl il-Bahar.
1978

IL-HAFA' (12 November, 1973)

Fl-antik jitkazaw bina
kienu l-barranin.
Ghaliex fit-toroq taghna
Maltin, jaraw hafjin

Il-lum il-folja nqalbet,
zarbun kulhadd akkwista.
Ma tarax aktar hafja
Hlief, xi tfajla turista.




TAJBA DIN! (19 November, 1973)

Professur mill-manikomju
hareg biex fuq vista jmur
'Puncture' lemah fil-'car' tieghu
rabja gietu daqs ta' sur.
Gerger tnejn u gab li' 'stepney',
rota ggakkja b'mitt elf mossa.
U fil-fixla b'siequ mbotta
l-iskorfini gewwa fossa!
Hawnhekk issa ferm infixel,
l-erbgha kollha sparixxew!
Kif ser jaghmel? Hakk tnejn rasu
Biex l-istepney jwahhal sew?
Josservah minn tieqa fl-gholi
pazjent kien, hariglu b'dina.
"Profs ghax mit-tlett roti l-ohra,
ma tiehux inti skorfina ?"
Din l-idea l-Profs accetta;
tlett skorfini b'hekk akkwista.
Qal ghal anqas hekk niddobba,
sa garaxx insuq kif nista'.
Lesta x-xoghol u bi tbissima
huma dar lejn il-pazjent.
'Haqqek prosit ta' l-idea
illi gietek fil-mument."
-"Eh! Profs," fis il-pazjent qallu.
"Hlief b'mignun int ma tafnix.
Pero' wahda sejjer nghidlek -
"Mignun jien, 'mma cuc m'hinix!"



ISMA' DIN (25 November, 1973)

Xmun it-trux kienu jghidulu.
Jisma' nitfa qatt ma kien.
Sar jaf li gie specjalista
li kien gharef bla qisien
Fiss mar ghandu sabiex jara,
jekk ghalih kienx hemm fejqan.
"Lilek tisma' nerga' ngibek!"
Qallu l-profs kollu dahkan.
Saret pront l-operazzjoni.
Mill-ispar hareg malajr.
Ghal 'check up' mar Xmun biex jara,
kemm l-ispiza, u jizzieh hajr.
Xmun kien kollu ferh u gloria -
Vista ghas-smiegh il-profs ghamillu.
Qallu, "Veru irnexxietlek!"
Bhalu kas hu qatt ma kellu!
Mbaghad Xmun pront ried ihallas,
ghaliex dejn hu m'ghamel qatt.
Hawnhekk fis il-profs tennilu,
"Sitt mitt lira, tond, bl-ezatt!"
Sama' hekk, Xmun beda jahseb
-Kemm ahjar meta kont trux!-
"Eh? X'inhu? X'ghidtli? M'inix nisma'?"
Ghal taparsi ma fehmux!


KBIRA DIN (2 December, 1973)

Russu w Yankee darba wahda
b'dew jiftahru ma' xulxin;
fuq kemm kbar progetti jsasslu
fi New York jew fil-Kremlin.
Damu hafna t-tnejn jiftahru
Dina ggant u dika kbira.
Biex ifahhru lill-pajjizhom
taghhom biss kienet il-mira
Wara hafna l-Yankee qallu,
- Fl-Istates ghandna knisja kbira,
kollossali u spazjuza,
kulhadd lilha fis jammira
Kbira tant, illi tarbija
b'ex titghammed tmur ghall festa:
Meta din mill-knisja tohrog,
kibret tkun u ghaz zwieg lesta
Dik m'hi xejn ir-Russu qallu.
Aircraft-carrier ghandna kbira,
b'kcina mghammra kolossali,
li qed nghidlek mhux b'tifhira...
Kok, tant kbira ghandu l-borma,
meta jghalli ghall-ghagin.
sabiex jara hux ibaqbaq
l-ilma, jinzel b'sottomarin!


ANTIKA DIN! (8 December, 1973)

Barunissa, armla xiha,
xtaqet ftit tal-kumpanija.
Thajret pappagall iddahhal,
biex ma tghejx f'monotonija.
Marret hi ghand tal-ghasafar
u staqsiet ghall pappagall.
Tal-hanut qalla ghandu wiehed,
kif tisimghu, zgur tinhall.
Dana qalla, jaf b'zewg lingwi,
Sew Ingliz u hekk Taljan.
Biex turih x'lingwa ghandu juza
zigarelli ghandu dan
Wahda kahla, wahda hadra
Ma' kull sieq qeghin imwahhla.
Ghat-Taljan tigbidlu l-hadra,
Ghall-Ingliz taqbadlu l-kahla.
Biex tipprova l-barunissa,
gibdet hija zigarella
Hadra kienet, l-ghasfur tkellem,
-Come stai, signora bella?
Ferm ghogbitha dir-rimarka.
Imbaghad gibdet hija l-blu.
Pront il-pappagall kelliemha
-My good lady, how are you?
-Prosit hej, x'manjieri ghandu.
Dawn il-kliem min ghallimhomlu?-
Imbaghad hi, kurzita' gietha
u t-tnejn f'daqqa gibdithomlu.
Ghoddu waqa', ferm irrabja
Meta ra l-ghamlet apposta.
Gibed tnejn bil-Malti safi-
-Ja zmagatha, kemm int tosta!



ONE HORSE POWER DIN! (15 December, 1973)

Skarsa l-petrol, u Nikola.
dlonk remaghlu bl-isbah ziemel.
Miz-Zebbug hu tlikki, tlikki,
triqtu gibed lejn l-Imriehel
Baqa' mbaghad sejjer ghar-Rabat.
F'nofs it-telgha tas-Saqqajja......
Ghatc kbir qabdu z-ziemel tieghu,
Ghajjien, jilgheg, mank nifs hajja.
Kola pront mar go 'bar' dahal.
Lis-sid staqsa ghal barmil...
Fih sitt flixken gnibru ferra,
kulhadd skanta b'dan l-ghemil.
Il-barmil gab hdejn iz-ziemel,
li fil-pront il-gnibru xorob.
Hekk, malajr beda jistejqer,
sar ferhan, ma baqax jokrob.
Ghand il-barman mar Nikola,
Ghax ihallas ried il-kont.
Hawn tal-bar kurzita' gietu
u staqsieh dana fil-pront.
Qallu, - iz-ziemel xorob hafna
u int mank ma grokk sa dduq?
- Eh, ix-xorb mhux sew ghalija -
Kola qal. - Ghax jien sa nsuq!


HSIBIJIET TA' VAZU (29 November, 1975)

Fi zmien in-nanniet taghna
kont dejjem sew mistur;
taht sodda, miksi b'xkora,
tarani, dizunur!
Kif f'dar barrani jidhol
titqanqal ternezija;
jekk inkun nidher f'kamra
jaqbduni jigru bija!
Jahbuni gewwa loki,
Jghattuni b'xi gazzetta
ghax jekk sisi jurini
zgur johrog ta' mazetta.
M'ilux jiena sibt ruhi
ghand l-aqwa rkantatur
"Lott sitta," qal lill-folla
"Antik, vaz tal-kulur ...
"Ceramika wisq fina,
mitt senda ghandu zgur!"
Kulhadd beda jghollilu
ghax xtaqni ghandu mmur.
Sibt suhi ghand sinjura,
turi b'attrazzjoni
- Sa fl-ahhar anki tieghi
giet l-emancipazzjoni! -
Poggietni f'nofs ta' mejda
b'"arrangment" chic florali
Tahti "doily" sabieha -
veru rispett reali!



Dawn li gejjin huma whud mill-ISTROFI TAL-HANINI AKTAR MODERNI bil-bidla li minflok numru tajthom titlu.

WISHFUL THINKING

Dak hanini kemm hu helu,
Xaghru iswed daqs it-tut.
Jekk l-'engage' itini l-lejla,
Nibqa' nhobbu sa ma mmut.


JEALOUSY

Dak hanini kemm ihobbni,
xtrali 'cooker' ghal 'birthday'.
B'ghira kbira l-gara qaltli -
Sbejjah hu, 'mma jahli xej'


HAJJA MGHAGGLA

Dik hannini kapriccuza
Trid tiffranka hi l-hin.
Xebghet toghrok bis-sapuna -
issa trid 'washing machine'


STILTED CLOWNS

Phu ghalik int x'qatgha tajni.
Hemm fejn talajt fuq iz-zarbun?
Gej ixxengel fuq il-'platform'
jien mill-boghod hsibtek buffun.


CREW CUT? NIX!

Dak hanini kemm hu sbejjah,
kemm xeraqlu xaghru twil.
Qed insellfu anke r-'rollers'
ghax ihobb jibdel l-istil.


OVERDOSE

Dwejjaq ghandha w l-kalmanti
qed tiblahhom tlieta, tlieta.
Meta nohrog mal-hanini,
din toqoghdli kwieta, kwieta!


EASY TERMS (December 3,1973)

Ghanda 'washing' ghandna 'cooker',
'Fridge' ghal wiehed ghanda tnejn.
Bin-nifs kollox qed inhallsu -
X'wahdadin kemm ghandna dejn!


MIX-XEJN MA TITLEF XEJN! (December 15,1973)

F'tal-hanzira tlift elf lira,
f'tal-Bical inqbadt b'elfejn.
Fli 'stampede' gejt minn ta' l-ahhar.
Baqra jien! Ghax ma gbidt xejn!


FIAT LUX

Dak Gaddafi kemm ihobbna.
Zejt ghal sena sa jaghtina.
F'ritratt naghmlu mal-hanini,
u lit-tnejn nixghel lumina!


PETROL CRISIS

Petrol hazen hames glanen.
Ghaliex issa hekk il-moda.
Fil-garaxx mort mal-hanini
B'nar imhabbtu ghoddu....sploda!


ERGAJNA CURFEW

X'wahdadin kemm dlam fit-toroq.
Din xalata ghan-namrati.
Ma jdumux ma jergghu moda,
il-babaw, u l-fatati.


LOVE IS BLIND

Tombi, tombi, katakombi,
fid-dlam jiena ma narax.
Qisna f'limbu fil-ghaxija,
hanini ma jilmentax!



HUTTABA COMPANY LTD. (9 February, 1974)

Sulfarina trid tizzewweg,
Sulfarinu ma jridhiex.
Tghid nehduhom ghand ta' Kana
biex naraw dal-'match' jaqbilx



FOSOS IFURU

Fejnek, fejnek Arcipierku?
Sparixxejt int bhall-Mandragg.
Issa ejjew San Pawl il-Bahar
halli taghmlu d-drenagg!
(... u d-drenagg beda u tlesta sena wara.)


QASAM IL-KAMRA

Tal-maduma spiss xokk tiehdu,
maghkom qabdu bhal qarnita.
Baldakkin taghkom xokk iehor
fittxu wahhlu 'salvavita'!



TOURIST BOOM

Tal-Muzew ser ikellimkom
- Dak li taghmlu ghamluh sewwa -
Mose' bena lukanda ohra
fuq il-ponta tac-Cirkewwa



IL-PETROL GHOLA, GEMMGHAWLI GHALL-QUDDIES

Meta mmut fittxu huduni
taht is-sigar tac-cipress.
Biex ma tonfqux hafna petrol,
illi gorru b'xi kaless.



IN VINO VERITAS (23 Febraury, 1974)

It-turisti spiss jghidulna
kemm l-imbid hu tassew bnin.
- F'Malta ghandkom hafna mbejjed
imma d-dwieli, fejn qeghdin?
Forsi turi dina l-ghana
li s-sigriet nafu ta' Kana!



GET WELL CARD (2 March, 1974)

Kemm se ndumu telghin tlajja,
il-frott meta se nduquh?
Kif weggaghalna r-rajjes taghna
meta b'sahhtu iriduh!
Temmen bl-ghajn minghajr ma trid.
Fittex bahhar, sur perit!



MALTA, TAL-MALTIN (9 March, 1974)

Bil-'car' ftit qeghdin nohorgu
mindu giet taz-zejt il-krizi.
'Picnic' morna bhal haddiehor
gewwa l-Marsa ta' l-Inglizi.
- Ta' l-Inglizi? Qrun, kazzola,
tal-Maltin, ta' Cikku u Kola!



MESMERIZMU

Iggilidna u Strada Rjali,
tippassigga biex tinkini.
Lejha nhares jien bil-hniena...
Bil-hars twiegeb, nini, nini!



MITOLOGIJA GRIEGA

Jistad johrog hu bli speedboat,
ghax il-bahar tiehu l-hena.
Darba qabad kelb il-bahar.
Darba harab ma' sirena!



LOVE BOOM

Dak hanini jiskartani,
jahdem spiss in-nar tal-festa.
Arah jieha bil-murtali
porvli jaghfas f'kartapesta.
Nar imhabbtu nixtieq f'hobbu
Kieku zgur aktar inhobbu.



IT'S IN THE AIR (6 April, 1974)

Kemm nixtieq li kont air-hostess
halli ntir jien bhal ghasfur.
Ma' l-Air Malta kont nittajjar
ghand hanini Londra mmur.
Biex jixtrili 'ring' b'djamant
Intir f'Boeing gdid fjamant!



EPITAFJU (16 March, 1974)

F'hajti kasbruni,
Hafna maqdruni...
F'mewti fahhruni,
anke qaddsuni.
Tkomplux issahruni!
Nitlobkom turuni
la dmugh, la kuruni...
Fil-kwiet biss halluni...


Il-kitba satirika u umoristika bl-ingliz qatt ma saret il-forte tieghi. Darba izda rnexxieli naqleb folklore Malti ghal Ingliz. Ghalhekk,

'O lilek tal-gallarija
idhol 'il gewwa ahseb dnubietek ...

giet maqluba hekk: (6 April, 1974)

Oh beauty! Of the balcony
go inside and think your sins.
All your ugly sisters married...
Some have triplets, some have twins!



Bhala tabib voluntier ma stajtx ma niktibx ....

L-INNU TAT-TOBBA VOLUNTIERI (22 June, 1977)

(Jitkanta fuq l-innu tal-M.L.P. "Lejn din l-ghaqda fis nittajru, ecc.)

Ahna t-tobba voluntieri
go Saint Luke's ma' salt strangieri,
xogh'l nghidulkom x'jigifieri
jekk tal-M.A.M. qed jiskrajkjaw.
Nidhlu nahdmu ikoll ferhana
u ghal din il-hidma taghna,
qawwu qalbkom, serrhu mohhkom,
taht idejna ma jmut hadd!
Bit-tbissima fuq xuftejna,
b'xi siringa gewwa jdejna,
issa li dil-hidma bdejna
zgur li ma se ncedu qatt!
MAMamija bbojkottjawna
u lill-B.M.A. ga gzawna,
ara lilna dawn x'qatt tawna
hlief xi lieva w machine gun!
B'tal-Mediterran jghinuna
hafif xogh'lna daqs tan-nuna:
Emergenzi, bla ezigenzi
dmirna biss naqdu l-batut.
Viva t-tobba voluntieri!
Go Saint Luke's ghollu l-bandieri
ghax fil-mard zgur hadd ma jmieri
il-pazjent l-ewwel ... mhux il-but!


LIL HBIEBI - IL-KLIEB!(31 July, 1976)

Qatt ma gidimni kelb,
bnedmin gieli sawtuni.
Ghax gieli qbist ghalihom
whud giddieb ghajruni.

Ahfruli klieb. Nixtieq
qabel jaghlaqli s-separju.
il-lawrja ta'tabib
nibdel ma' ta' veterinarju!



Fl-istrajk tal-furnara fi Frar 1977 inholqot din il-poezija.

HOBZNA TA' KULJUM (19 February, 1977)

Kemm hu tajjeb il-hobz tal-Perit,
kemm ifuh bl-ohla toghma penit.
Smajt in-nisa tad-dar jesklamaw,
waqt li marru ghall-hobz jikkjujaw.
U ghal kisra bdew jieklu tnejn, tlieta,
min ixappu mal-brodu jew ftieta.
'Mmma Perit, jekk l-aptit tatna l-hobza,
kif qatt nistghu innehhu dis-sonza?



SINE KALMANTI (12 January, 1978)

Niftakar tfuliti,
kont nghix il-Hamrun,
go toroq imharrbta
nilghabu l-ballun.
Ballun kien tac-craret,
nixtruh sitt-habbiet,
jitqatta w jissewwa
dan kien ta' sikwiet!
Karozzi pparkjati
fi trieq ma kienx hemm.
Kien hemm bombi w xelters
tixrid kbir ta' demm.
Tfal konna dahkana
noqoghdu fil-queue,
ghall-ikel, ghal hobza
bil-lejl, dlam, curfew!
Fil-kesha tax xelters
niftehmu flimkien,
biex xi loghba football
nilghabu l-girien.
U malli s-sirena
tavzak 'raiders pass ...'
nohorgu mix xelter
bil-maskri tal-gass.
Flok lasti tal-football
tpoggew zewg gebliet;
u konna nilghabu
bil-galbu, bis-skiet.
'Mma hekk kif xi player
jiffawlja fuq l-ghaksa,
gwerra ohra titqanqal
u nispiccaw l-ghassa!
Kien jigri warajna,
jaqbadna l-pjantun.
Surgent bit-twissija
jehdilna l-ballun.
tintesa l-istorja
u ddoqq is-sirena;
dlonk nergghu ghax xelter -
ruzarju w novena.
U ghext jien f'tfuliti
f'tahwida mentali.
bla pirmli, bla drogi -
kalmanti banali!



MIRAGE IN GREEN (2 June, 1978)

Rajt bosk ta' sigar kwadri,
ihaddru fil-gholjiet.
Taht sema blu kahlani,
jitbissmu mas-smewwiet.
Minn kull lewn t'ahdar kienu.
Pistaccja w emerald.
Qatt ma rajt daqs tant hdura,
fin-nixfa ta' din l-art.
Tghiduli, 'Mma fejn rajtha,
vizjoni hekk sabieha?'
Mill-'car' fil-boghod ilmahtha,
fil-bajja tal-Mellieha.

Click here for more poems (Unpublished)