Mill- Garigori Ta' Mohhi 2
By Dr.Louis
Zammit
The following poems were never published on paper. My father, had just started gathering
them together to publish his second book before he passed away.
Antoine Zammit
Section A (The Politically
Correct)
Lil San Pawl il-Bahar
- Rahal twelidi (Dec 26, 1981)
-
- Kemm int sabieh San Pawl, kemm int sabieh
!
- Hallini ftit nitpaxxa b'dan il-gmiel.
- Sahhartni mindu lqajtni ix-Xemija,
- gmiel car, li ma tghaddiehx zgur b'mitt gharbiel.
-
- Hawnhekk ix-xemx izzurna kull fil-ghodu
- u l-bahar u l-ghelieqi ibusuna.
- Il-mewg u l-halel hawn jergghu jroddu
- il-hajr ta' dawk il-gnus li izuruna.
-
- Dawn nies bhal Pawlu illi d-Din fissrilna
- u ahna li lqajnieha sew go' qalbna;
- Ghax nafu li ghalkemm din gzira ckejkna,
- qatt, fl'emm ma sehhet cahda min ta' talbna.
-
- Hawnhekk twelidt, hawn ghixt, hawn izzewwigt
- hawnhekk ta' hajti l-ahhar nifs se' nghati.
- U hawn nixtieq nindifen, ghax hawn posti;
- naf gmielek jibqa jsehh tul hafna annati.
Lill- Fjura ta' Mhabbti
(Nov. 22, 1985)
-
- (dedicata lill- Fjura 'Bird of Paradise" - isem xjentifiku ; -
Strelizia reginae, Fam. Musa
ceae
-
-
- Regina inti fjura fost il-fjuri,
- Strelizia Sbejha smajtli fl-ahhar talbi.
- Sahhartni, hekk kif l-ewwel darba lmahtek,
- Ferraht, o helwa din l-imnikkta qalbi.
- Kuruna f'ghallthek turi majestuza
- mill-lewn id-deheb, biex tpaxxi l-fqir u l-ghani.
- Ghalkemm domt snin nistenna biex izzurni,
- sa fl-ahhar, hesrem gejt f'gnieni tistmani.
- O ! kif sahhritni l-brinba herqanija
- tinzeg madwarek biex tipprotegiek.
- Il-ghadu zammet sew il-boghod min mieghek,
- u l-edba nsett ma hsara seta' jtik.
- Kburija inti l isbah fost il-fjuri
- Turina s-seba' lwien sbieh tal-qawsalla.
- Sew taf il-gonna ssebbah tkattar turi,
- li int ukoll holqien sabieh ta' Alla.
-
- Kont xitla zghira, sqejtek u ghozzejtek.
- ftit ftit tul snin bdejt tikber majestuza.
- M'baghad fl-ahhar gejttwelidt u ferm sahhartni,
- biex sa hansitra rgajt t' ghannaqt mal-muza.
- Jien, fqir poeta Malti o Fjura sbejha,
- nitolbok, tilqa dat-tifhir ta' fommi.
- Hekk, kif f'Novembru gejt ghax smajt int talbi,
- niehdok b' ghozza ssebbahli, qabar ommi.
-
- Lil Pawlina (Sept.
14, 1984)
( Il-qampiena l-gdida tal- knisja parrokjali ta' San
Pawl il-Bahar, fil-migja taghha fir rahal)
-
- Waslet Pawlina !
- Qampiena smina,
- tiswa daqs strina,
- biex ferh taghtina.
-
- Riedet tigina
- tistieden dina
- b'nota wisq fina
- u dlonk turnina.
-
- Tismaghha Gina
- tismaghha Tina
- tismaghha Pina
- tismaghha Rina.
-
- garrewk bhal kina.
- B'fjuri w tizjina
- qiesek regina,
- sbejha Pawlina !
-
- Doqq b' nota bnina
- Tantc tisturdina ........
- U jien nitolbok biex biss b'din nota
- ta' mewti b' ferha iddoqli l-mota.
-
Lil Binti, Fil-jum
tat-Tieg (February. 14, 1987)
-
- Kont jien li rajtek l-ewwel, kif gejt fid
dinja
- Ghaziza binti, mimmi ta' ghajnejja.
- U jien se nkun li nwasslek lejn il-knisja
- Bil-Baldakkin, daqqaqa u ghannejja.
-
- Ghazilt int trieqtek, tieghek kienet l-ghazla
- Biex Bhali w ommok tkattar int Familja
- Bil-mixi jien inwasslek gewwa l-knisja
- Pass, pass, ma jkollniex bzonn l-ebda parilja!
-
- Lil- zewgek hobbu kif habbitni ommok,
- U kif l-ulied ikollokm ferhanija
- Ftakkru F'dal vrus mhazza minn missierek
- Li hargu minn dil-qalb safja fil-mija.
-
- U meta' tul iz-zmien twelldu xi tifel
- Tikkonfondux kif ismu dan se jigi
- B' tifkira ghaziza jien nixttiq nghidilkom
- Semmuh Bil - Malti biss, ghan-nannu Gigi.
-
- 'Mma jekk tifla, ghan-nanna semmugha Bice
- B' ghozza u mhabba ta Dante ghal- Beatrice.
- Dawn il-vrus ktibt mhux biss Bil- pinna f'idejja
- Imma bil- ferh tad dmugh igelgel minn ghajnejja.
-
Section B (The Politically
Incorrect)